Jum il-Mosta
Tingħata l-onorefiċenza 'Ġieħ il-Mosta' u rikonoxximenti, lil persuni li jkunu ddistingwew ruħhom f’diversi oqsma.
L-applikazzjonijiet u Nomini għall-għoti tal-Onorifiċenza 'Ġieħ il-Mosta' u 'Rikonoxximent Mertu l-Mosta' 2023, se jinfetħu nhar it-Tnejn 17 ta' Lulju 2023, u jagħlqu l-Ġimgħa 4 t'Awissu 2023 f'nofsinhar.
L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jew ibgħatilna email biex nibgħatulek kopja diġitali.