Ħanut

Stiker għall-garaxx
€ 2.00

Adeżiv riflettiv għall-lejl u viżibilta' baxxa.

Musta - Raħal Twelidi
€ 40.00

Musta Raħal Twelidi - Vjaġġ lura fiż-żmien permezz ta' fotografija antika li hija pubblikazzjoni li saret permezz tal-isforzi ta' grupp ta' nies passjonati u ta' individwi li għandhom il-belt ta' Musta (kif kienet imsejħa qabel) u l-kultura lokali f'qalbhom. Huwa tentattiv biex tinġabar u tiġi ppreservata ġabra ta’ stampi u ritratti antiki li għandhom x’jaqsmu mal-lokalità tal-Mosta. Il-biċċa l-kbira tal-kontenut ta' dan il-ktieb huwa magħmul minn ritratti mill-1840 'il quddiem; dik li kienet l-ewwel sena li l-fotografija l-ewwel dehret fuq il-gżira tagħna. Minħabba dan, ħafna mill-immaġini u l-illustrazzjonijiet jistrieħu fl-ewwel 100 sena mill-invenzjoni tal-fotografija u l-użu tagħha fil-gżira. Ambitu ieħor ta' dan il-ktieb huwa li tippreżenta lit-telespettaturi tiegħu mhux biss bi pjaċir viżwali u b’ħarsa retro mgħaġġla ta’ dak li għamel, u jagħmel il-Mosta dak li hu, iżda wkoll  jittama li jerġa jgħin jiġġenera aktar interess u kuxjenza fir-raħal tradizzjonali li dejjem qed jonqos maż-żmien.

 
Kevin Casha
Editur u Koordinatur

 

 

Il-Mostin - Bejn Fidi u Storja
€ 15.00

Dan il-ktieb hu narrattiva tal-fidi tal-Mostin.  Jirrakkonta u jispjega l-aspettivi diversi tal-istorja reliġjuża ta' komunita' rurali li maż-żmien kibret u urbanizzat ruħha.

Numru ta' rħejjel minuskoli u mferrxa fuq territorju fiċ-ċentru ta' Malta, nibtu viċin wied twil li maż-żmien sar jismu Wied il-Għasel.  Dawn ingħaqdu u saru raħal wieħed li beda jissejjaħ il-Mosta.  Kienet komunita' ta' raħħala, gabillotti, u bdiewa, imma kienet wkoll komunita' intrapredenti.

Kienet ħajja, attiva u tħares 'il quddiem.  Urew li kienu nies li jafu joħolmu imma wkoll li kienu jafu jaġixxu.  Emmnu fihom infushom.  Emmnu fuq kollox fil-fidi li kienu jħaddnu.  Ħabbewha, irrispettawha, ħaddnuha, saħħewha, u fuq kollox urewha fid-deher.

 

Profs. George Cassar

Awtur