Skopri l-Mosta

DWAR MOSTA
 
Mosta (bil-Malti: Il-Mosta) hija belt li tinsab fir-Reġjun tat-Tramuntana, fil-Majjistral tal-Belt Kapitali, il-Belt Valletta.
 
Iż-żona madwar il-Mosta kienet diġà abitata min-nies fi żminijiet remoti, kif jista’ jidher minn numru ta’ fdalijiet li għadhom viżibbli sal-lum. Dawn jinkludu d-Dolmens preistoriċi li jinsabu fiż-żona ta' Sta. Margerita u l-Katakombi Ta' Bistra mis-seklu 4 CE.
 
Matul il-Medju Evu, il-Mosta kienet waħda minn grupp ta’ villaġġi ġirien. Fis-seklu 16 dawn il-villaġġi ġew integrati mall-Mosta li saret villaġġ prinċipali. Fl-1575 kien hemm 580 persuna jgħixu fil-Mosta. Illum l-abitanti jaqbżu l-20,000.
 
Żvilupp bħal dan biddel villaġġ żgħir f’wieħed fost l-akbar bliet fil-Gżejjer Maltin.
 
 
IL-MOTTO TAL-MOSTA
 
Il-motto tal-Mosta jirrifletti l-oriġini rurali. "Spes Alit Ruricolam", li tradott tfisser "Tama ssaħħaħ il-bidwi", jevoka ż-żmien meta l-għelieqi u l-art imdawrin mar-raħal kienu jinħartu. Dan inbidel ħafna billi llum il-Mosta hija waħda mill-iktar lokalitajiet urbani moderni ta’ Malta.