Regoli tal-privatezza
Regoli tal-privatezza
Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew l-utent tagħna u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm ma tipprovdihiex minn jeddek.
Skont ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Dejta (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (Kap 586), għandna d-dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li tkun inġabret mingħandek u rridu nirrispettaw dan id-dmir. Aħna nieħdu kull pass neċessarju biex nevitaw aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandek bħala viżitatur u/jew utent, lil kwalunkwe parti terza sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek biex nagħmlu hekk jew kif awtorizzat bil-liġi.
Il-lista tar-regoli tista’ tkun aċċessibbli faċilment permezz ta' link li tkun fl-aħħar ta’ kull paġna tal-web.
Kif nipproċessaw dejta personali?
1) E-Forms
Aħna nistgħu niġbru informazzjoni personali fil-proċess tal-preżentazzjoni ta’ formoli li jinbagħtu fuq il-websajt, indirizzata lill-Ministeru, Dipartiment jew Entità oħra tal-Gvern ta’ Malta skont il-każ. F’każijiet bħal dawn, il-websajt tintuża bħala User Interface u l-informazzjoni li tinstab fil-formoli hija sottomessa għall-ipproċessar lill-Ministeru relevanti tal-Gvern ta’ Malta, Dipartiment jew Entità oħra. F'dan il-każ, il-perjodu li jinżamm is-servizz in kwistjoni, japplika.
2) Indirizz IP (protokol tal-internet) u identifikazzjoni
Is-server tal-web iżomm informazzjoni limitata dwar l-indirizzi IP jew l-identifikazzjoni tal-kompjuter tiegħek fuq l-internet, għall-amministrazzjoni tas-sistemi u għal skopijiet ta’ soluzzjoni ta’ problemi. Aħna ma nużawx din l-informazzjoni tal-indirizz IP biex insegwu x’qed tagħmel jew l-imġieba tiegħek fuq is-sit tagħna.
3) ID (karta identità) elettronika
Tista’ wkoll tiġi mitlub xi informazzjoni permezz ta' faċilitajiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Ċentrali, bħall-użu tal-kont eID tiegħek. F’każijiet bħal dawn, il-kredenzjali tal-awtentikazzjoni se jkunu limitati għas-sessjoni attwali, permezz tal-web browser tiegħek.
4) Kuntatt / Feedback / Abbonament għan-newsletter
Meta jintużaw is-servizzi onlajn ta’ dan is-sit elettroniku, il-persuna tista’ tiġi jintalbu tipprovdi d-dettalji ta' kuntatt tagħha għal għanijiet ta’ komunikazzjoni. L-informazzjoni kollha u kwalunkwe dejta personali li tiġi mitluba biex tipprovdilna fil-formola ta' abbonament ta’ Kuntatt / Feedback / Newsletter, għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop strett tat-talba personali tiegħek.
Il-cookies huma informazzjoni żgħira ta’ dejta li s-sit jittrasferixxi fuq il-hard drive tal-kompjuter tal-utent meta dan iżur il-websajt. Din il-websajt tagħmel użu limitat tal-cookies u għalhekk, għal kull tagħrif ieħor, qed tkun iggwidat biex iżżur il-lista tar-regoli tal-cookies tagħna.
Id-drittijiet tiegħek
Bħala individwu inti tista’ teżerċita d-dritt tiegħek li taċċessa d-dejta miżmuma dwarek, għalhekk jekk għandek xi mistoqsijiet b'rabta ma' din id-dejta miżmuma minna, jekk hemm, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tissottometti t-talba tiegħek lill-kontrollur tad-dejta permezz tal-paġna fi ħdan il-websajt tagħna.
Għalkemm se jsir kull sforz raġonevoli biex inżommu l-informazzjoni aġġornata tiegħek, inti ġentilment mitlub tinfurmana b'kull bidla li tirreferi għad-dejta personali f’dan l-Uffiċċju. Fi kwalunkwe każ, jekk tara li ċerta informazzjoni dwarek mhix eżatta, inti mitlub tirrettifika dik id-dejta. Int għandek id-dritt ukoll li titlob l-imblukkar jew it-tħassir tad-dejta. Jekk ma tkunx sodisfatt bir-riżultat tat-talba tal-aċċess tiegħek, tista' tressaq l-ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dejta, fuq il-websajt: www.idpc.gov.mt
Biex nagħtuk servizz aħjar, is-sit tagħna jista’ jipprovdilek għadd ta’ links oħra għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali. Meta tidħol f’websajts oħra bħal dawn, m'għandekx tkun marbut ma’ dawn ir-regoli, iżda japplikaw ir-regoli ta' privatezza tas-sit il-ġdid.
Dan is-sit juża Secure Sockets Layer (SSL) biex jiżgura trasmissjoni sigura tad-dejta personali tiegħek. Għandek issib is-simbolu ta’ katnazz fejn ikun hemm miktub l-indirizz tal-browser. L-indirizz tal-URL li jibda wkoll bi: https:// juru li l-paġna hija sigura. L-SSL tapplika kodiċi moħbija bejn il-kompjuter tiegħek u s-server tal-konnessjoni. Kull dejta trasmessa matul is-sessjoni se tiġi kriptata jew imħassra, u mbagħad deċifrata jew mingħajr tfixkil lill-utent. Dan għandu jaċċerta li d-dejta ma tistax tinqara matul it-trasmissjoni.
Jekk ikun hemm xi tibdil f'dawn ir-regoli ta’ privatezza, aħna nibdlu din il-paġna b'verżjoni aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek li tivverifika li l-paġna tar-Regoli ta’ Privatezza’ kull darba li taċċessa l-websajt tagħna biex tkun taf b'kull tibdil li jista' jkun hemm minn żmien għall-ieħor.
Kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista’ jkollok u li jistgħu jikkontribwixxu għal kwalità aħjar ta’ servizz, jiġu milqugħa u apprezzati ħafna.
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jiġi kkuntattjat fuq:
dpo@boomconsultancy.eu