Fortizzi u Fortifikazzjonijiet

Il-Linji tar-Rabat
 
Il-Linji Victoria huma serje ta’ fortifikazzjonijiet li jkopru l-gżira ta’ Malta mil-lvant sal-punent għal tul ta’ tnax-il kilometru. Dawn id-difiżi nbnew bejn l-1870 u l-1899 u ġew imsejħa wara r-Reġina Victoria ad unur il-ġublew tad-djamanti tagħha bħala sovran. Dawn id-difiżi kienu maħsuba biex jipproteġu l-parti tan-nofsinhar b'popolazzjoni għolja ta' Malta, minn invażjoni li kienet ġejja mit-tramuntana tal-gżira li kienet wkoll kwazi inabitata. Il-Linji Victoria, li jikkonsistu f’numru ta’ batteriji, fortizzi, u linja tal-infanterija, qatt ma kienu jintużaw b’mod effettiv bħala mezz ta’ difiża u sal-1907 ma kinux meqjusa importanti bħala l-ewwel difiża fuq quddiem. Mixja tul meded kbar ta’ dawn il-Linji jofru esperjenza tassew kbira.
 
 
Forti Mosta
 
Il-Forti Mosta jinsab fiċ-ċentru tal-Linji Victoria. Il-forti nbena fl-1878 mill-Militari Ingliżi. Dan il-forti għadu jintuża sal-lum għal skopijiet militari mill-Forzi Armati ta’ Malta. It-taqsima tal-Klieb tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta hija wkoll alloġġata fil-kumpless tal-Forti Mosta. Fil-preċinti tal-forti hemm katakombi Rumani li jmorru lura mis-seklu 4 WK.
 
 
L-Iskola tad-Difiża Ċivili
 
Fil-periferija tal-Mosta, distanza qasira mill-Forti Mosta hemm kumpless li darba serva bħala l-Iskola tad-Difiża Ċivili. Dan ġie stabbilit fl-1956 biex jipprovdi taħriġ liċ-ċivili bi tħejjija għal kwalunkwe emerġenza nazzjonali. Maż-żmien din l-iskola biddlet l-attenzjoni tagħha u saret skola tal-arti u d-disinn għall-artisti tal-istudenti. Fi żminijiet iktar reċenti evolviet f'istitut tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija fejn l-edukazzjoni fl-espressjoni artistika tiġi żviluppata fi standards iktar ogħla. Fil-viċinat wieħed isib ukoll teatru Grieg, ġnien pubbliku - Ġnien l-Għarusa tal-Mosta - u xelter nukleari taħt l-art.