Termini Tal-Użu
Termini Tal-Użu
F’din il-paġna (flimkien mad-dokumenti msemmija fiha) għandek issib it-termini u l-kundizzjonijiet li tista’ tagħmel użu minnhom fil-websajt, kemm bħala viżitatur kif ukoll bħala utent reġistrat. Jekk jogħġbok, aqra dawn it-termini u kundizzjonijiet ta’ użu b'attenzjoni qabel ma tibda tuża s-sit. Billi tuża l-websajt, int tindika li taċċetta u taqbel li timxi ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet tal-użu. Jekk ma taqbilx ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet, jekk jogħġbok, waqqaf milli tuża din il-websajt.
AĊĊESS GĦALL-WEBSAJT
L-aċċess għall-websajt huwa permess fuq bażi temporanja, u nirriżervaw id-dritt li nirtiraw jew nemendaw l-informazzjoni u/jew is-servizzi li nipprovdu fuq il-websajt mingħajr avviż (ara hawn taħt).
Aħna nagħmlu kull sforz raġonevoli biex niżguraw li s-sit ikun disponibbli 24 siegħa, 7 ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, ma nkunux responsabbli jekk għal kwalunkwe raġuni l-websajt ma tkunx disponibbli fi kwalunkwe ħin jew għal kwalunkwe perjodu.
Minn żmien għall-ieħor, nistgħu nillimitaw l-aċċess għal xi partijiet tal-websajt, jew il-websajt kollha, għall-utenti li jirreġistraw.
Jekk tagħżel, jew tiġi provdut b'kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-utent, password, jew kwalunkwe informazzjoni oħra bħala parti mill-proċeduri tas-sigurtà tagħna, din l-informazzjoni tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali, u m'għandekx tiżvelaha lil terzi persuni. Għandna d-dritt li niddiżattivaw kwalunkwe kodiċi jew password ta’ identifikazzjoni tal-utent, kemm jekk magħżul minnek jew allokat minna, fi kwalunkwe ħin, jekk fl-opinjoni tagħna tkun naqset milli tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dawn it-termini u kundizzjonijiet tal-użu.
Meta tuża l-websajt, trid toqgħod lura milli tagħmel jew tagħżel xi ħaġa elenkata fit-taqsima "Użu Projbit" ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet.
Inti responsabbli li tagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa għalik biex ikollok aċċess għall-websajt. Int ukoll responsabbli biex tiżgura li l-persuni kollha li jaċċessaw il-websajt permezz tal-internet tiegħek ikunu konxji ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet, u li jkunu konformi magħhom.
UŻU TAL-WEBSAJT
Dawn it-termini u kundizzjonijiet jirregolaw l-aċċess għal informazzjoni stazzjonata fuq il-websajt u servizzi relatati, b'mod partikolari notifiki ta’ websajt u l-istazzjonar ta' kummenti u/jew l-użu tal-websajt bl-iskop li jibagħtu formoli ta’ applikazzjoni disponibbli fuq il-websajt lill-ministeri, dipartimenti jew entitajiet oħra fi ħdan il-Gvern ta’ Malta.
Notifiki u kummenti awtomatiċi:
Din il-websajt tista’ toffri s-servizz ta' notifika awtomatizzata dwar aġġornamenti ta’ informazzjoni fil-websajt. Il-funzjonalità tan-notifiki tippermetti lill-utenti jagħżlu dak li jridu jiġi notifikat u meta, dwar tibdil fl-informazzjoni. In-notifiki jitwasslu permezz tal-indirizz elettroniku pprovdut mill-utent.
Din il-websajt tista’ toffri wkoll spazju għal kummenti biex tipprovdi interazzjoni bejn l-utenti u sid tal-websajt. Dan l-ispazju jippermetti lill-utenti jintervjenu u jipparteċipaw fid-diskussjonijiet relatati mal-informazzjoni li tinsab fil-websajt. Fil-każ li jintuża dan l-ispazju, nirriżervaw id-dritt li nneħħu kummenti li:
- jekk ikun fih lingwa abbużiva, oxxena, indiċenti jew offensiva, jew rabta ma’ materjal oxxen jew offensiv;
- jekk ikun fih kliem ta’ ħalf jew xorta oħra ta’ profanità jiġu mneħħija kompletament mat-tema tal-konversazzjoni, jew mhumiex rilevanti mas-suġġett stazzjonat fuq il-paġna;
- jekk tinkludi lingwa abbużiva lejn individwu involut fil-paġna, organizzazzjonijiet oħra jew l-amministratur tal-paġna;
- jekk tikkostitwixxi spam jew tippromwovi jew tirreklama prodotti, ħlief fejn ikun għal avveniment, pubblikazzjoni jew oġġett simili li għandu rilevanza diretta mas-suġġett tad-diskussjoni. Il-Kunsill japprezza informazzjoni dwar suġġetti rilevanti u qsim ta’ għarfien, anki minn esperti, imbasta fi ħdan id-diskussjoni speċifika;
- jekk huma mfassla biex joħolqu inkonvenjent lill-amministratur tal-paġna jew lil utenti oħra.
Aħna nirriżervaw id-dritt li nneħħu l-ispazju tal-kummenti fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż.
In-notifiki awtomatizzati u l-ispazju tal-kummenti huma disponibbli għall-utenti li għandhom Identità Elettronika Maltija (e-ID). Għal aktar informazzjoni dwar l-e-ID, tista’ żżur: www.mygov.mt
Transazzjonijiet onlajn permezz ta’ formoli elettroniċi:
Tista’ tawtentika mal-websajt tal-E-Forms permezz ta' e-ID, jew billi tirreġistra fuq il-websajt tal-E-Forms jekk tuża l-kont tal-imejl tiegħek. Jekk inti eliġibbli biex tapplika għal identifikazzjoni elettronika, ma tistax tirreġistra fuq il-websajt tal-E-Forms jekk tuża l-kont tal-imejl tiegħek.
Ladarba tirreġistra, int ser tirċievi notifika bil-posta elettronika li tindika li r-reġistrazzjoni tiegħek fil-websajt tal-formoli elettroniċi ġiet aċċettata u li inti tkun tista’ tidħol bl-użu tal-kredenzjali tiegħek. Bħala utent reġistrat tkun tista’ tuża s-servizzi li ġejjin:
* timla formoli onlajn (minn hawn ’il quddiem imsejħa “formoli elettroniċi”);
* taffettwa l-ħlasijiet għall-formoli elettroniċi rispettivi;
* tehmeż id-dokumenti meħtieġa mal-formoli elettroniċi relevanti qabel ma tibgħathom;
* tiffirma dokumenti u formoli elettroniċi;
* tibgħat il-formoli elettroniċi;
* tara fiex waslu l-formoli elettroniċi sottomessi;
* tirċievi notifiki rigward il-formoli elettroniċi sottomessi;
* tara l-istorja tal-formoli elettroniċi sottomessi;
* tuża mekkaniżmi ta’ gwida u għajnuna fil-formoli misjuba;
* l-utenti reġistrati huma mitluba li jaqraw ir-regolamenti speċifiċi.
UŻU TA’ APPS TAL-GVERN FUQ IL-MOWBAJL
‘App fuq il-mowbajl’ tfisser l-applikazzjoni tas-softwer ipprovduta mill-Gvern ta’ Malta (‘Aħna / Tagħna’) li tippermetti l-aċċess għas-servizzi tal-Gvern fuq apparat tal-mowbajl, inkluż kwalunkwe softwer jew dokument ta' parti terza li jippermetti l-użu tal-applikazzjoni tas-softwer u kwalunkwe aġġornamenti disponibbli minn żmien għall-ieħor.
Il-Gvern ta’ Malta hawnhekk jagħti lill-Utent ('Int / Tiegħek') liċenzja mhux esklussiva, mhux trasferibbli, ħielsa mid-drittijiet, revokabbli biex tuża l-App tal-mowbajl għall-użu personali tiegħek, skont dawn it-termini u kundizzjonijiet li huma marbuta mar-regoli jew preċeduri applikati minn kwalunkwe fornitur jew operatur tal-Appstore mis-sit li minnu tniżżlet l-App tal-mowbajl ('Appstore').
Kull trejdmark, drittijiet tal-awtur, drittijiet tad-dejtabejż u drittijiet oħra ta’ propjetà intellettwali ta’ kwalunkwe natura fl-App tal-mowbajl, flimkien mal-kodiċi tas-softwer sottostanti, huma propjetà diretta tagħna u/jew tal-liċenzjaturi tagħna. Aħna ma nbiegħux l-App tal-mowbajl lilek. Aħna nibqgħu s-sidien tal-App tal-mowbajl f'kull ħin.
L-App tal-mowbajl bħalissa hija disponibbli għalik mingħajr ħlas. Tista’ tuża l-App tal-mowbajl għas-servizzi tiegħek, iżda m'għandekx tbiegħ jew terġa’ tqassam l-App tal-mowbajl għall-profitt. Aħna nirriżervaw id-dritt li nemendaw jew nirtiraw l-App tal-mowbajl, jew nitolbu l-App jew servizz ipprovdut lilek, fi kwalunkwe ħin u għal kwalunkwe raġuni.
Kull dejta li tintuża mill-App tal-mowbajl għandha tkun suġġetta għat-termini u kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku.
Jekk m'intix is-sid tal-kont tal-apparat tal-mowbajl li qed tuża biex taċċessa l-App tal-mowbajl, aħna nassumu li rċivejt permess mill-pagatur tal-kont għall-użu tal-App tal-mowbajl. Int tirrikonoxxi u tiżgura, li min iħallas il-kont jagħraf li t-termini tal-ftehim mal-fornitur rispettiv tan-netwerk tal-mowbajl tagħhom jibqgħu japplikaw meta tuża din l-App. Bħala riżultat, min iħallas il-kont jista’ jiġi ċċarġjat mill-fornitur tal-mowbajl għall-aċċess għal servizzi ta' konnessjoni tan-netwerk għat-tul tal-konnessjoni waqt li jaċċessa l-App, jew kwalunkwe ħlas ta’ parti terza li tista' tinqala'. Inti taqbel u tiżgura, li min iħallas il-kont jaqbel u jaċċetta r-responsabbiltà għal kwalunkwe ħlas bħal dan.
Kull (a) attentat ta’ ikkopjar, riproduzzjoni, tibdil, modifikazzjoni, reverse engineer, żarmar, dekompilazzjoni, trasferiment, skambjar jew traduzzjoni tal-App tal-mowbajl; jew (b) toħloq xogħlijiet ġejjin mill-App tal-mowbajl ta' kwalunkwe tip, ikunu pprojbiti b'mod strett.
Aħna nagħmlu kull sforz raġonevoli biex l-App tal-mowbajl tkun kompletament funzjonali a) meta dan ikun teknikament fattibbli u b) fuq apparat li (i) huwa kkunsidrat mainstream; (ii) b’sistema operattiva mainstream; (iii) tal-grupp tas-softwer ikkonfigurat bħala sostnut mill-bejjiegħ tal-apparat oriġinali; (iv) ikollu s-sistema operattiva marbuta mal-aħħar aġġornamenti.
Il-verżjoni tal-App tal-mowbajl tista’ tiġi aġġornata minn żmien għall-ieħor biex iżżid funzjonijiet u servizzi ġodda.
Aħna ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe indisponibbiltà tal-App tal-mowbajl, jew kwalunkwe diffikultà jew inkapaċità tal-użu jew aċċess tal-kontenut minħabba xi atti jew ommissjonijiet tal-Appstore, jew xi nuqqas ieħor tas-sistema ta’ komunikazzjoni li jirriżulta li l-App tal-mowbajl ma tkunx disponibbli.
Int tirrikonoxxi li l-App tal-mowbajl tista’ tkun affettwata minn fatturi li huma lil hinn mill-kontroll raġonevoli tagħna, iżda mhux limitati għall-internet u netwerks tal-mowbajl li jolqtu direttament id-disponibbiltà tal-App u l-kwalità tal-esperjenza tal-utent.
Minn żmien għall-ieħor l-aġġornamenti għall-App tal-mowbajl jistgħu jinħarġu permezz tal-Appstore. Jiddependi fuq l-aġġornament, iżda jaf ma tkunx tista' tuża l-App tal-mowbajl sakemm ma tkunx niżżilt jew issettjajt l-aħħar verżjoni tal-App tal-mowbajl u aċċettajt xi termini ġodda.
Aħna nistgħu ntemmu l-użu tal-App tal-mowbajl fi kwalunkwe ħin billi rridu navżawk. Wara kull terminazzjoni: (a) id-drittijiet u l-liċenzji mogħtija lilek għandhom jintemmu; (b) trid twaqqaf kull użu tal-App tal-mowbajl.
Mingħajr preġudizzju għat-termini l-oħra dwar il-limitazzjoni ta’ responsabbiltajiet u r-rifjut tal-garanziji stabbiliti, aħna ma nkunux responsabbli għal kwalunkwe ħsara jew alterazzjoni fuq it-tagħmir tiegħek, inkluż dak għal tagħmir tal-kompjuter, apparat li jinżamm fl-idejn jew mowbajls bħala riżultat tal-installazzjoni jew l-użu tal-App tal-mowbajl.
Aħna ma nkunux responsabbli f'każ ta’ xi ħsarat tekniċi li jseħħu waqt l-użu tal-App tal-mowbajl li jirriżultaw mit-tniżżil ta' applikazzjonijiet oħra, kwalunkwe ħsarat tekniċi, użu ħażin tat-tagħmir tiegħek, tal-batterija, kwistjonijiet ta’ konnettività jew kwalunkwe fattur ieħor li jista' jinqala', u li huma lil hinn mill-kontroll raġonevoli tagħna.
UŻU PROJBIT
Tista’ tuża l-websajt għal skopijiet legali biss. Ma tistax tuża l-websajt:
* Għal kwalunkwe mod li tikser xi liġi jew regolament applikabbli;
* Għal kwalunkwe mod illegali jew qarrieqi, jew li għandu xi skop jew effett illegali, jew App tal-mowbajl frodulenti;
* B'mod li jistgħu jiksru d-drittijiet tagħna jew id-drittijiet ta’ partijiet terzi;
* Li tippubblika, tittrasmetti jew ixxerred kull informazzjoni fuq jew permezz tal-websajt, li hija oxxena, diffamatorja jew biex tagħmel ħsara;
* Biex tikseb jew tipprova tikseb aċċess mhux awtorizzat għall-websajt;
* Li tbiddel jew tfixkel il-websajt b'xi mod;
* Biex tittrasmetti b'mod konxju kwalunkwe dejta, tibgħat jew ittella’ xi materjal li fih viruses, trojan horses, worms, time-bombs, keystroke loggers, spyware, adware jew kwalunkwe programm ieħor ta' ħsara jew kodiċi tal-kompjuter simili, maħsub biex jaffettwa ħażin l-operat tas-softwer tal-kompjuter jew ħardwer;
* Tentattiv biex tikseb aċċess mhux awtorizzat għal kwalunkwe porzjon jew karatteristika tas-servizzi, jew xi sistemi jew netwerks oħra konnessi mas-servizzi, jew ma’ kwalunkwe server tal-Gvern ta' Malta, jew għal kull servizz offrut fuq jew permezz tal-websajt, permezz ta’ hacking, serq ta’ password, jew kwalunkwe mezz illeġittimu ieħor;
* Biex tfittex, tiskennja jew tittestja l-vulnerabbiltà tal-websajt, inklużi s-servizzi jew kwalunkwe netwerk konness mal-websajt, u lanqas tikser il-miżuri ta’ sigurtà jew ta' awtentikazzjoni fuq il-websajt, inklużi s-servizzi jew kull netwerk konness mal-websajt, inklużi s-servizzi;
* Biex ireġġa’ lura, jew ifittex sors ta' kwalunkwe informazzjoni fuq utent ieħor jew viżitatur tal-websajt, jew xi klijent ieħor tal-Gvern ta' Malta, inkluż kontijiet tas-servizz li mhumiex propjetà tiegħek, jew li tisfrutta l-websajt, kull servizz jew informazzjoni magħmula disponibbli jew offruta minn jew permezz tal-websajt, fi kwalunkwe mod fejn l-iskop huwa li tiżvela xi informazzjoni, inkluża dik mhux limitata għal identifikazzjoni jew informazzjoni personali, għajr l-informazzjoni tiegħek stess, kif provdut mill-websajt jew xi servizz ipprovdut permezz tal-websajt;
* Biex tgħarraq headers jew timmanipula l-identifikaturi biex taħbi l-oriġini ta’ kwalunkwe messaġġ jew trasmissjoni li tibgħat lill-Gvern ta' Malta fuq jew permezz tal-websajt jew kwalunkwe servizz offrut fuq jew permezz tal-websajt. Ma tistax tippretendi li int, jew li tirrapreżenta lil xi ħaddieħor, jew li tieħu post xi persuna jew entità oħra, sakemm ma tkunx awtorizzat.
Aħna nirriżervaw id-dritt li niżvelaw l-informazzjoni personali tiegħek lil kwalunkwe awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi f'każ ta’ ksur tal-paragrafu preċedenti.
Inti taqbel ukoll:
Biex ma tirriproduċix, tidduplika, tikkopja jew tbiegħ mill-ġdid kwalunkwe parti tal-websajt, bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn it-termini u kundizzjonijiet.
Ma jkollokx aċċess mingħajr awtorità, tfixkel jew tagħmel ħsara:
(i) fi kwalunkwe parti tal-websajt;
(ii) kull tagħmir jew netwerk li hemm maħżuna fil-websajt;
(iii) kull softwer użat fil-provvista tal-websajt;
(iv) fi kwalunkwe tagħmir jew netwerk jew softwer li jkollu jew jintuża minn terza persuna.